🔴 Għal darb’oħra, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat oxxenità tal-iżviluppatur Joseph Portelli: pixxina f’ODZ ġol-wied ta’ Marsalforn, Għawdex, li tagħmel parti mill-proġett mostruż ta’ ċappa ta’ appartamenti f’xifer l-istess wied.

🚧 L-approvazzjoni ta’ pixxina ġo wied, barra li ser teqred in-natura sensittiva tal-post, ser toħloq ukoll preċedent perikoluż għall-approvazzjoni ta’ permessi simili oħra fil-futur. Sabiex tpaxxi lil Portelli, l-Awtorità tal-Ippjanar fetħet il-bibien beraħ għal qerda tal-widien tagħna.

📝 Għawdix, Wirt Għawdex, Din l-Art Helwa, FAA Flimkien Ghal Ambjent Ahjar u l-Moviment Graffitti beħsiebhom jieħdu azzjonijiet legali kontra din id-deċiżjoni perikoluża tal-Awtorità tal-Ippjanar. Sabiex inkopru l-ispejjeż legali, neħtieġu l-kontribut finanzjarju tal-pubbliku.

🟢 Tista’ tikkontribwixxi billi 👇

1. Timla din il-formola online: [https://marsalforn.movimentgraffitti.org/](https://marsalforn.movimentgraffitti.org/)
2. Jew trasferiment f’dan il-kont bankarju:

BOV

Isem: Moviment Graffitti

IBAN: MT27VALL22013000000011799516027

✊ Kull donazzjoni, żgħira jew kbira, tgħinna sabiex inkomplu fil-ġlieda tagħna kontra l-qerda tal-ambjent Malti u Għawdxi.

Grazzi❗

\——————-

🔴 The Planning Authority has approved yet another obscene Jospeh Portelli development: a swimming pool in the Marsalforn valley of Gozo on ODZ land. This forms part of the monstrous apartment block project at the edge of the same valley.

🚧 The approval of a swimming pool in a valley, in addition to destroying the sensitive nature of the site, sets a dangerous precedent for subsequent approvals of similar projects. The Planning Authority has opened the flood gates to the destruction of our valleys to appease Portelli.

📝 Għawdix, Wirt Għawdex, Din l-Art Helwa, FAA Flimkien Ghal Ambjent Ahjar and Moviment Graffitti are planning legal actions against this dangerous decision of the Planning Authority. We need the financial contribution of the public to cover legal costs.

🟢 You can donate by 👇

1. Filling in this online form: [https://marsalforn.movimentgraffitti.org/](https://marsalforn.movimentgraffitti.org/)
2. Or via a bank transfer to this account:

BOV

Name: Moviment Graffitti

IBAN: MT27VALL22013000000011799516027

✊ Every donation, small or large, will help us fight the destruction of the environment of Malta and Gozo.

We thank you❗

4 comments
  1. Target reached
    F’qasir żmien, ilħaqna l-mira tagħna li niġbru €3,000 sabiex niftħu azzjonijiet legali kontra l-pixxina ta’ Joseph Portelli fil-wied ta’ Marsalforn, grazzi għall-kontribuzzjonijiet numerużi tal-pubbliku (https://marsalforn.movimentgraffitti.org/).
    🙏 Filwaqt li nirringrazzjawkom mill-qalb ta’ dawn id-donazzjonijiet, nimpenjaw ruħna li niġġieldu b’kull mezz legali possibbli l-approvazzjoni ta’ dan l-iżvilupp oxxenn – pixxina fl-ODZ u ġo wied, biswit il-proġett massiċċ t’appartamenti ta’ Portelli li diġà ħanżer iż-żona. Dan huwa preċedent perikoluż ħafna li qed jhedded il-widien t’Għawdex u Malta.
    📝 Fix-xhur li ġejjin ser inżommukom infurmati dwar l-azzjonijiet legali li ser jittieħdu kontra dan l-iżvilupp.
    Il-ġlieda tkompli ✊

    ———————
    🎯 In a short time, we have reached our target of €3,000 for legal actions against Joseph Portelli’s pool in Marsalforn valley thanks to the public’s numerous contributions (https://marsalforn.movimentgraffitti.org/).
    🙏 Whilst heartfully thanking you for these donations, we commit ourselves to fighting the approval of this obscene development in all the legally possible ways. A pool in an ODZ in a valley, next to Portelli’s massive apartment complex that has already ruined that area, sets an ugly precedent that poses a threat to the valleys in Gozo and Malta.
    📝 In the coming months, we will be keeping you updated on the legal actions undertaken against this development.
    The fight continues ✊

Leave a Reply