Dak li jien insejjaħlu Malti Mgħaffeġ. X’taħsbu?

by LivingLifeThing

5 comments
  1. Uhud minn dawn it-termini nistghu nghaddu minghajrhom ghaliex hemm sostitut ghalihom fil-Malti, veru, però ohrajn bhal “to charge” ma nistax nimmagina possibilità fejn se nuza kwalunkwe terminu iehor minflok “ticcargja” (fost ohrajn li ukoll inqishom utli u validi)

  2. X’alternattivi ghandek ghall tipparkja, tisprejja, vann u garaxx (u hafna ohrajn fil-lista).

    U hemm ohrajn b’alternattivi imma xorta jintuzaw spiss bhal tiffanzja u ticcekkja

  3. Waqt li naqbel li ma jinstemawx sbieh daqs malti “tradizzjonali”. Ir realtà tal lingwa hijja wahda li dejjem addatttat u “serqet” minn lingwi ohra biex zvillupajna lingwa komda ghalina fuq l ilsien, li zviluppat f lingwa miktuba mhux zmien twil ilu u ghada tigi zviluppata sallum, nemmen lunika haga li inbitlet hi li l lingwa li illum nisselfu minnha hija l ingliz, b kuntrast mar rumanz u gharbi li hadna minnhom fl imghoddi.

    Vera naqbel li Forsi jinstemaw horox komparati mal bqija tal lingwa imma nahseb l lingwa qieghda hemm biex s servi minn jitkellimha u mhux kontra, diment li tinftiehem ma narax problemi.

  4. Il-problema tal-Malti huwa li b’differenza min pajjiżi oħra bħal Franza fejn għandhom akkademja li tagħmel xogħolha u tivvinta kliem ġdid ibbażat fuq il-mekkaniżmi grammatiċi tal-lingwa (l-għeruq, nomi mimmati, etc) inħallu l-maġġoranza għażżiena taddotta u tippastardizza il-Malti bl-Ingliż

Leave a Reply